Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Taħt il-ġilda tiegħi miktuba minn PsA Jagoda Beltrani Cordina

Published 14 ta' Ottubru 2021

ARAM Youth Section logoJagoda Beltrani-Cordina, president of the ARAM Youth SectionJagoda Beltrani-Cordina, president tal-ARAM Youth Section, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni rari tal-psoriatic arthritis

Ġejt dijanjostikata bil-psoriasis meta kelli 19-il sena. Irqajja’ ħomor u niexfa dehru fuq partijiet differenti ta’ ġismi, inkluż il-qorriegħa tiegħi. Kien vjaġġ diffiċli b’għadd ta’ tentattivi mingħajr suċċess għal trattamenti differenti. Sfortunatament, għaddew 10 snin biex inkun dijanjostikata bil-Psoriatic Arthritis.  Sa dan iż-żmien, apparti l-irritazzjoni u l-imbarazzament tal-irqajja’ niexfa ħomor, il-ġogi tiegħi bdejt inħosshom minfuħin, ibsin u juġgħuni. Kont qed inbati wkoll minn għeja żejda.

Minn meta finalment ġejt dijanjostikata, kont għaddejja minn trattament bijoloġiku li t-tobba tiegħi kkunsidraw bħala l-aħjar għażla bħalissa. Bil-mod, l-irqajja’ psorjatiċi bdew jgħibu. It-trattament irnexxielu wkoll jikkontrolla l-infjammazzjoni fil-ġogi tiegħi. Għalkemm xorta jista’ jkolli uġigħ f’xi ġranet, u l-medikazzjoni hija fil-forma ta’ injezzjonijiet kull ġimgħa, jidher li għandi ħajti lura. Kapaċi nħares lejja nnifsi fil-mera u nitbissem. Il-ħasra hi li, billi l-adolexxenti mhumiex infurmati dwar marda rari daqs il-Psoriatic Arthritis, ħafna għandhom ir-riskju li ma jfittxux dijanjosi u trattament tajjeb kmieni biżżejjed biex jevitaw l-erożjoni tal-għadam, imbarazzament u uġigħ.