Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

DET Training

Disability Equality Training Poster - Photo of hands

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) toffri Taħriġ dwar l-Ugwaljanza tad-Diżabilità lil diversi organizzazzjonijiet pubbliċi u privati.

It-taħriġ ikopri prinċipalment l-etikett dwar id-diżabilità u x’għandek tagħmel u ma tagħmilx meta tinteraġixxi ma’ persuni b’diżabilità, kif ukoll il-perċezzjonijiet tad-diżabilità (mudell soċjali u mediku) u ħarsa qasira tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-taħriġ, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq DET@crpd.org.mt jew 22267600.

 

Matul l-2019, l-UNCRPD and DET Unit beda l-proċess ta’ reviżjoni tal-kontenut tat-Taħriġ dwar l-Ugwaljanza fid-Diżabilità (DET), b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità fl-Università ta’ Malta. Beda wkoll jaħdem fuq lekċer irrekordjat biex jipprovdi Taħriġ dwar l-Ugwaljanza fid-Diżabilità lill-istaff tal-Isptar Mater Dei, li ġie ffinalizzat fl-ewwel xhur tal-2020 u issa jifforma parti mit-taħriġ mogħti lill-istaff li jaħdem fl-MDF bħala parti minn finanzjament ta’ proġett tal-UE.

Diżabilità Astrofiżika huwa klipp prodott bħala parti mill-proġett Fi Kliemna. Ġie prodott ukoll fl-2019, u issa jifforma parti mill-kontenut tat-taħriġ dwar l-Ugwaljanza fid-Diżabilità. Din it-Taqsima offriet Taħriġ għall-Ugwaljanza fid-Diżabilità (DETs) lil diversi entitajiet pubbliċi u privati, kif ukoll istituzzjonijiet edukattivi. Ingħataw ukoll numru ta’ sessjonijiet f’Ċentri ta’ Riżorsi u Ċentri ta’ Matul il-Jum ta’ persuni b’diżabilità biex tinħoloq iktar kuxjenza dwar l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs. Lista sħiħa tas-sessjonijiet tad-DET imwettqa fl-2019 hija disponibbli fir-Rapport Annwali tas-CRPD (2019).

 

 

Vidjow dwar l-ADHD, li tnieda f’Ottubru 2020, biex joħloq kuxjenza dwar il-kundizzjoni.