Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

PEKTUR

Għotja ta’ Boroż ta’ Studju dwar id-Diżabilità

Il-Programm PEKTUR, stabbilit mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), b’kollaborazzjoni mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà permezz tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità, qed joħroġ żewġ boroż ta’ studju MPhil/PhD għal persuni b’diżabilità li jagħmlu riċerka qasam ta’ Studji dwar id-Diżabilità.

 

Sejħa – Għotja ta’ Boroż ta’ Studju dwar id-Diżabilità

 

Sejħa għall-Applikazzjonijiet ta’ PEKTUR – April 2020

PEKTUR jipprovdi assistenza finanzjarja limitata għal persuni b’diżabilità reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fl-edukazzjoni tul il-ħajja, liema studji jistgħu jsiru fuq bażi full-time jew part-time. Applikazzjonijiet minn persuni mingħajr diżabilità jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni sakemm dawn iwettqu riċerka speċifikament fil-qasam tal-istudji dwar id-diżabilità.

Dawk interessati jistgħu japplikaw billi jimlew il-formola tal-applikazzjoni disponibbli fil-link hawn taħt u jibagħtuha fl-indirizz hawn taħt. Aktar informazzjoni tista’  tinstab ukoll fil-Prospett PEKTUR.

 

Applikazzjoni (DOCX)

 

 

Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lil: Ms Lorraine Pleven, KUMMISSJONI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ, G5 Offices, Triq Salvu Psaila, Birkirkara BKR 9077

Tel: 2226 7600;
Mowbajl (SMS biss): 7978 8555
Imejl: crpd@crpd.org.mt

DATA TAL-GĦELUQ – Il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2020.