Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Konformità u TORB

BORD LI JIDDETERMINA X’INHU RAĠONEVOLI (JEW TEST OF REASONABLENESS BOARD)

 Il-ħidma tas-CRPD fil-ħarsien tal-Att Dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) ma tinvolvix biss l-investigazzjoni tal-ilmenti li tirċievi biex jinstabu soluzzjonijiet. Is-CRPD hija impenjata wkoll li b’mod kontinwu toffri pariri dwar it-tħaddim u l-infurzar tal-Att kemm lil persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom (dawk milquta direttament) kif ukoll lil persuni oħrajn fis-soċjetà li dan l-Att ipoġġi obbligi fuqhom (dawk milquta indirettament).

 Is-CRPD tikkoordina din il-ħidma fil-qafas ta’ dak li l-Artikolu 20 jiddefinixxi bħala “raġonevoli”. Biex jgħinha tieħu deċiżjonijiet f’każijiet partikulari, is-CRPD għandha bord li jiltaqa’ b’mod regolari u jgħinha tiddeċiedi x’għandu jiġi kkunsidrat bħala raġonevoli jew le.

Ta’ min isemmi li għal 13-il sena, dan il-bord iffunzjona mingħajr ma kien maħtur b’mod statutorju. Din is-sitwazzjoni issa nbidlet grazzi għall-emendi fl-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) li daħlu fis-seħħ fl-10 ta’ Mejju 2016. Dan il-bord issa huwa mwaqqaf skont Artikolu 20A tal-istess Att, jinħatar mill-Kummissarju għal tliet snin u mill-inqas nofsu jrid ikun magħmul minn persuni b’diżabilità jew membri tal-familja ta’ persuni b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jirrappreżentaw lilhom infushom, bil-persuni b’diżabilità jkunu fil-maġġoranza bejn dawn iż-żewġ kategoriji.

 Barra minn hekk f’kull laqgħa tal-bord jattendi wieħed mill-periti tal-Kummissjoni fir-rwol ta’ konsulent tekniku kif ukoll draughtspersons tal-Kummissjoni ikunu preżenti fir-rwol ta’ segretarji tal-bord b’mod alternat.

L-Applikazzjoni għat-Test of Reasonableness Bord flimkien mad-dokumenti relevanti għandhom jintbagħtu fuq torb@crpd.org.mt.