Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

L-Investigations Unit

Is-CRPD hija responsabbli biex tiżgura li l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) jiġi osservat b’mod raġonevoli. Għal dan l-għan, is-CRPD tirċievi lmenti minn persuni b’diżabilità u l-membri tal-familja tagħhom li jħossu li qed jiġu diskriminati abbażi tad-diżabilità.

Barra minn hekk, is-CRPD għandha s-setgħa legali li tibda investigazzjonijiet f’każ fuq inizjattiva tagħha stess. Dawn l-investigazzjonijiet jitwettqu mill-Investigations Unit, l-Unit speċjalizzat fir-riċeviment u l-investigazzjoni ta’ lmenti dwar diskriminazzjoni minħabba diżabilità.

Kull meta jniedi investigazzjoni, dan l-Unit jipprova jilħaq soluzzjoni malajr u amikevoli għall-benefiċċju tal-persuna b’diżabilità minħabba li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-diskriminazzjoni hija r-riżultat ta’ nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità. Madankollu, l-Unit ma jonqosx milli jieħu aktar azzjoni jekk tinqala’ l-ħtieġa u, jekk ikun meħtieġ, isegwi wkoll il-kwistjoni quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.

L-ilmenti jitqassmu f’oqsma bħax-xogħol, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, l-aċċessibilità, is-servizzi, l-assikurazzjoni, id-drittijiet u s-saħħa.

Apparti li tinvestiga l-ilmenti li jaslulha, il-Kummissjoni tipprovdi wkoll servizz ta’ konsultazzjoni lil dawk il-persuni li jistaqsu għaliha.

Ikkuntattja lit-tim tal-investigazzjonijiet fuq investigations@crpd.org.mt.

Rapporti Annwali tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità)

Ir-rapporti Annwali tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) tisti ssibhom taħt Pubblikazzjonijiet