Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

COVID-19

X’inhu Koronavirus?

L-impatt tal-Covid-19 fuq Persuni b’Diżabilità

Disability Task Force

 

F’April 2020 twaqqfet Disability Task Force biex tissorvelja l-impatt tal-pandemija COVID-19 fuq is-settur tad-diżabilità. It-Task Force hija magħmula minn individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet differenti li huma involuti direttament fis-settur tad-diżabilità biex jiġi żgurat approċċ ħolistiku. Barra minn hekk, it-Task Force hija magħmula minn sottokumitati differenti skont il-qasam ta’ kompetenza tal-membri parteċipanti.

Riżorsa għal persuni b’nuqqas ta’ vista fuq l-ilbies tal-maskri u visors

 

Aħna fis-CRPD inħeġġu lil persuni b’diżabilità kollha jobdu r-regolamenti dwar l-ilbies protettiv tal-wiċċ meta joħorġu barra.  Li wieħed iżomm sigur huwa essenzjali, mhux biss għal dawk li jilbsu l-maskra/visor iżda wkoll għal persuni ta’ madwarhom. Dawn id-domandi u tweġibiet qosra tħejjew għal persuni b’nuqqas ta’ vista, partikolarment għal dawk li għal xi raġuni valida jesperjenzaw diffikultajiet sabiex jilbsu maskra jew visor.

Riżorsa għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ u deaf fuq l-ibies tal-maskri u visors

 

Aħna fis-CRPD inħeġġu lill-persuni b’diżabilità kollha sabiex isegwu r-regolamenti dwar l-ilbies ta’ maskri u visors, u dan jgħodd ukoll għall-persuni li jkunu madwarhom.  Fl-istess waqt, wieħed irid jagħraf li hemm persuni b’diżabilità li jsibuha diffiċli jew impossibbli jilbsu lbies protettiv tal-wiċċ għal raġunijiet validi. Għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ, l-użu ta’ dan l-ilbies protettiv itellifhom fil-komunikazzjoni man-nies ta’ madwarhom.

Riżorsa għal persuni b’diżabilità intellettwali fuq l-ilbies tal-maskri u visors

Titjib tal-Aċċessibilità għal Persuni b’Diżabilità waqt il-Pandemija COVID-19

 

Aħna fis-CRPD nemmnu li r-rikonċiljazzjoni bejn is-sigurtà u l-prattiċi inklużivi hija possibbli. Il-linji gwida li ġejjin huma mmirati lejn ħwienet u entitajiet oħra bħal supermarkets sabiex itejbu l-aċċessibilità tal-prodotti, servizzi u faċilitajiet tagħhom safejn huwa prattikament possibbli filwaqt li jżommu f’moħħhom is-saħħa u l-benesseri tal-impjegati u l-klijenti tagħhom.

Nitgħallmu ngħixu bl-isfidi tal-kriżi COVID-19

 

Numru ta’ persuni b’diżabilità jitkellmu dwar kif qed jippruvaw jadattaw mal-isfidi tal-kriżi COVID-19 u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar kif affettwat ħajjithom u r-rutini tagħhom.