
Din it-taqsima dwar il-lingwa tas-sinjali Maltija tinkludi r-riżorsi li ġejjin
– Ktejjeb tal-lingwa tas-Sinjali Maltija. Kopji stampati tal-ktejjeb 1 u l-ktejjeb 2 tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija huma wkoll disponibbli mill-uffiċċji tagħna. Jekk jogħġbok ibgħat email lil helpdesk@crpd.org.mt għal aktar tagħrif dwar kif tixtri.
– Vidjoclips tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Ibda billi tittajpja kelma jew frażi fil-kaxxa, u fil-kaxxa jintwerew kliem li jaqblu. Ikklikkja l-buttuna blu biex tara s-sinjal u tisma’ l-kelma.
– Il-Fondazzjoni Żvilupp tal-Lingwa tas-Sinjali fl-aħħar snin nediet ukoll id-dizzjunarju online tal-lingwa tas-Sinjali Maltija https://mlrs.research.um.edu.mt/resources/lsm