Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Protezzjoni tad-Data

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)
Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) għandu l-għan li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

L-Għanijiet għall-ġbir tad-data

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skont kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u  Kap 413 -Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità, Kap 560 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeggjar għal Persuni b’Diżabilità, u għar-rwol tas-CRPD mal-Awtorita’ tal Ippjanar, skond l-Att tal-Ippjanar tal-izvilupp, Kap 552.

Riċevituri tad-data

L-informazzjoni personali hija aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tal- Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). Id-data personali se tingħata lid- dipartiment tal-gvern, awtoritajiet, agenziji u entitajiet, bl-għan li jigi faċilitat l-provizjoni ta’ servizzi relatati ma’, imma mhux biss, xogħol, edukazzjoni, akkomodazzjoni u benefiċċji soċjali. Id- data personali tista’ tingħata anke lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet Tiegħek

Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) qed iżomm u jipproċessa dwarek, ir-raġuni għala qed iżomm l informazzjoni, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed jagħmel l-Unità biex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxi proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data.  Kull suġġett tad data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)  iżomm dwaru, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoi għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lil Kumissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). Mat talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, bħan-numru tal-karta tal-identità, l- isem u l-kunjom.  F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità għandu l-għan li jipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u li jiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ jara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it talba għand Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità; sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, ir-raġuni l-għala, għandha tintbagħat bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data se jiġi infurmat f’każ ta’ ksur tad-data personali tiegħu.

Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li mhijiex korretta.  Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra.

Jekk applikabbli, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

F’każ li mintix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru hawn taħt.

Kontrollur tad-Data 

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

CRPD
G5 Offices,
Psaila Street,
Birkirkara
BKR 9077

Tel: 2226 7600

Imejl: data.controller@crpd.org.mt

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

Indirizz Postali:

2 Livell, Airways House,
Triq il-Kbira,
Tas-Sliema,
SLM 1549

Tel: 2328 7100

Imejl: idpc.info@idpc.org.mt

Politika tas-CCTV Kameras ta’ Sorveljanza

Politika tas-CCTV Kameras ta’ Sorveljanza tal-
Kummissjoni għad-Drittijiet taPersuni b’Diżabilità (CRPD)

Skop

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) jipproċessa data personali permezz ta’ CCTV kameras u jimxi ma’ din il-politika fir-rigward ta’ data pproċessata b’dan il-mezz.

Sfond

Il-kontrollur fi ħdan Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) huwa il- Kummissarju tal- Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD).

L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data li qed jirrappreżenta lil Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) jista’ jiġi kkuntattjat kif ġej:

Indirizz

CRPD G5 Offices
Psaila Street,
Birkirkara
BKR 9077 

Telefon

(+356) 2226 7600

Imejl

Datacontroller@crpd.org.mt

Is-suġġetti tad-data se jkollhom id-dritt tal-aċċess tad-data li qed tiġi pproċessata skont Kapitlu II (Artiklu 15) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. (Jekk jogħġbok irreferi għas-sezzjoni relatata ma’ Aċċess, hawn taħt). Is-suġġetti tad-data huma infurmati wkoll li għandhom id-dritt li jagħmlu ilment mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat kif ġej:

INDIRIZZ

Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
2 Livell, Airways House
Triq il-Kbira
Tas-Sliema SLM 1549
Malta

Telefon

(+356) 2328 7100

Imejl

idpc.info@idpc.org.mt

Post u Skop

Kameras ta’ sorveljanza huma installati fil-bini tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), igifieri, fis-sular ta’ isfel li jinkludi d-dħul, l-ewwel sular, it-tieni sular u is- sular ta’ taħt nett fejn hemm il-garaxx u d-dħul tiegħu.  Fiż-żona sorveljata, għandek issib avviżi mwaħħla f’postijiet prominenti u faċilment viżibbli. L-uniku skop ta’ sorveljanza huwa li tiġi żgurata s-sigurta. Il-filmati mhux se jintużaw għal skopijiet oħrajn għajr dak speċifikat. Ipproċessar għal attività distinta li mhix kompatibbli mar-raġuni oriġinali li għaliha l-kameras ġew imwaħħla se ssir biss jekk is-suġġetti tad-data jiġu avżati minn qabel ma jibda l-proċess.

Skont Kapitlu II (Artiklu 5) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-kontrollur jiġġustifika l-użu tas-sistema tas-CCTV kameras ta’ sorveljanza għall-iskop imsemmi hawn fuq. L- immaġini, li jistgħu jintgħarfu, meħuda mill-kameras se jiġu pproċessati b’mod adegwat, u b’mod relevanti u se jkunu neċessarji fir-rigward tal-għanijiet tal-ipproċessar skont Kapitlu II (Artiklu 6) tar-Regolament.

Aċċess għall-Filmat & Data

Aċċess għall-filmat huwa disponibbli għal persuni awtorizzati biss. Jekk ikun meħtieġ, il-kontrollur jista’ jawtorizza aċċess ulterjuri għall-filmat meta rilevanti għall-iskopijiet speċifiċi msemmija hawn fuq.

Kull attività kriminali li tinqabad mill-kameras se tingħata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi wara li jsir rapport lill-pulizija.

Fir-rigward ta’ aċċess ta’ immaġini rrekordjati, Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) jimpenja ruħu li jkun konformi mal-politika tas-sigurtà b’mod strett. Kull aċċess intern tal-immaġini mil-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) jew żvelar ta’ dawn l-immaġini wara li ssir talba mingħand l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew mingħand is-suġġett tad-data se jiġu rreġistrati u miżmuma bħala evidenza.

Dritt għal Aċċess

Kull individwu jista’ jitlob aċċess għad-data personali tiegħu li hija miżmuma mil-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) f’forma ta’ CCTV rekording. Il-kontrollur huwa obbligat li jipprovdi aċċess għall-filmat mingħajr ma jikxef l-identità ta’ terzi persuni.

Jekk individwu mhuwiex sodisfatt bil-mod li ngħatatlu r-risposta jew bil-mod ta’ kif ingħata aċċess, jista’ jirreferi l-kwistjoni għand il-Kummissarju għall-Informazzjoni u d-Data, li jinvestiga l-każ u jara li d-dritt għall-aċċess kien mogħti b’mod adegwat.

Talba għal dritt għal aċċess għandha ssir bil-miktub u tiġi indirizzata lill-kontrollur.

Perjodu ta’ Żamma

Id-Data Personali tinżamm għal perjodu ta’ sebgħa t’ijiem. Dan il-perjodu huwa l-perjodu neċessarju li għalih inkisbet id-data. Wara li jgħaddi dan il-perjodu,  immaġini ġodda jiġu rrekordjati fuqhom. F’każ li d-data tiġi estratta minħabba mġiba inaċċettabbli li twassal għal investigazzjoni kriminali, din tinżamm għall-perjodu meħtieġ biex tissodisfa dawn it-talbiet legali, u titħassar b’mod sigur wara li dawn l-attivitajiet jiġu eżawriti.

Konklużjoni

Din il-politika tipprovdi r-raġunijiet u l-mezzi ta’ pproċessar permezz tal-użu tas-Sistema ta’ Sorveljanza tas-CCTV fi ħdan il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) filwaqt li tiżgura li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data ma jinkisrux, billi l-ipproċessar tad-data personali jsir b’mod adegwat, mhux aktar milli meħtieġ u tiġi żgurata li d-data ma tinżammx aktar milli hemm bżonn b’konformita’ mal-Leġislazzjoni tal-Protezzjoni tad-Data.

Data: April 2020