Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Intervent Bikri

Sejħa għal intervisti – Riċerka dwar is-Servizzi ta' Intervent Bikri - Magħluqa

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ikkummissjonat riċerka dwar servizzi ta’ intervent bikri f’Malta. Dan l-istudju ta’ riċerka huwa parti mill-proġett ESF 2.63 Knowledge, Training, Communications and Support Measures in Support of Vulnerable Groups, li qed jitmexxa mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li fih is-CRPD hija msieħba. Il-kuntrattur tar-riċerka huwa Ernst and Young (EY).

Servizzi ta’ intervent bikri huma kruċjali għal persuni b’diżabilità billi dawn is-servizzi spiss iservu biex issir dijanjosi tal-kundizzjoni tal-persuna. Meta tirċievi servizz xieraq u f’waqtu jippermetti lill-persuni b’diżabilità u lill-membri tal-familja tagħhom/dawk li jagħtu l-kura primarja biex isiru jafu d-dijanjosi kmieni kemm jista’ jkun. Dan huwa speċjalment il-każ meta jittrattaw trabi u tfal żgħar. Li tirċievi dijanjosi bikrija tfisser li persuni b’diżabilità jistgħu jitolbu u jkollhom aċċess għal servizzi oħra aktar kmieni fil-ħajja. Aktar ma wieħed ikollu aċċess għal servizzi u għajnuna b’rabta mad-diżabilità, iktar hemm il-possibbiltà li jinkisbu riżultati pożittivi tat-tagħlim.

Skont is-Centre on the Developing Child fl-Università ta’ Harvard u kif urew diversi studji oħra ta’ riċerka, l-esperjenzi preċedenti tat-tfal għandhom rwol kritiku ħafna fl-iżvilupp tal-moħħ u li l-esperjenzi bikrija pożittivi huma kardinali għal suċċess aktar tard fl-edukazzjoni, l-impjieg u fil-komunità (The National Early Childhood Technical Assistance Centre, 2011).

Dan il-proġett ta’ riċerka se jinkludi intervisti onlajn ma’ professjonisti li jaħdmu f’servizzi ta’ intervent bikri kif ukoll ġenituri/kustodji legali li t-tfal tagħhom (sa 6 snin) jagħmlu użu minn servizzi ta’ intervent bikri.

L-intervisti kollha jsiru f’kunfidenzjalità u la s-CRPD u lanqas entitajiet oħra ma jingħataw informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ xi wieħed mill-parteċipanti fir-riċerka. Kull min jixtieq jipparteċipa f’din ir-riċerka għandu jikkuntattja lil Dylan Felice fuq 9919 4577 jew Dylan.felice@mt.ey.com. Sussegwentement, tkun ikkuntattjat minn wieħed mit-tim ta’ intervistaturi ta’ EY biex isir appuntament f’ħin li tagħżel.