Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

International Day of Sign Languages 2021

Published 23 ta' Settembru 2021

‘Aħna nikkomunikaw b’lingwa tas-sinjali  għad-drittijiet tal-bniedem’

Ħames kelmiet.

Ħames kelmiet li jiddeskrivu b’mod preċiż ir-rwol tagħna bħala interpreti tal-lingwa tas-sinjali. Il-lingwa tas-sinjali hija lingwa naturali u rikonoxxuta uffiċjalment f’Malta (Lingwa Sinjali Maltija- LSM) użata bħala mezz ta’ komunikazzjoni għal firxa diversa ta’ nies li tinkludi l-komunità Maltija tad-Deaf. Il-komunikazzjoni hija kruċjali biex tgawdi d-drittijiet tal-bniedem – inkluż iżda mhux biss għal – edukazzjoni, impjieg, parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali u soċjali tal-komunità, iffurmar ta’ opinjoni u għad-dritt għall-espressjoni. F’dan il-jum, il-jum internazzjonali tal-lingwi tas-sinjali, nixtiequ verament nappellaw biex aktar nies jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali – għad-drittijiet tal-bniedem.

International Day of Sign Languages.