Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Infurzar

Fl-2018, is-CRPD bdiet il-proċess biex jitwaqqaf Enforcement Unit, wara li osservat li, għalkemm kellha l-fakultà legali li tieħu azzjoni kontra dawk li kienu qed joħolqu diskriminazzjoni fuqil-bażi ta’ diżabilità, hija ma kellhiex is-setgħa li tinforza deċiżjonijiet tagħha b’mod legali u b’mod veloċi. Għal dan l-għan, hija bdiet tesplora modi kif hija tkun tista’ tarma ruħha sabiex tibda tinforza d-deċiżjonijiet tagħha. Għalhekk ġie deċiż li jitwaqqaf Enforcement Unit fi ħdan is-CRPD.

Fl-2019, is-CRPD wettqet analiżi tal-leġiżlazzjoni attwali u identifikat il-bidliet li jeħtieġ li jkunu effettwati sabiex is-CRPD tkun tista’ tinforza d-deċiżjonijiet tagħha. Sadattant, is-CRPD impjegat persuna b’esperjenza preċedenti ta’ infurzarbiex jiġi  mħarreġ bħala enforcement fficer u jikkontribwixxi l-esperjenza tiegħu għat-twaqqif tal-unit. It-taħriġ jinkludi familjarizzazzjoni mal-leġiżlazzjoni attwali marbuta ma’ diżabilità, is-sensibilizzazzjoni għall-effetti negattivi ta’ ksur ta’ drittijiet relatati ma’ diżabilità, u aspetti tekniċi tal-istandards li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tad-diżabilità.

Matul l-2020, saru tħejjijiet għall-impjieg tat-tieni uffiċjal tal-infurzar, bil-persuna tiġi identifikata; madankollu, minħabba
ċirkostanzi mhux previsti l-impjieg tiegħu kellu jiġi pospost għas-sena sussegwenti.

Ladarba jitwaqqaf, l-unit komplut f’dak kollu neċessarju se jkun qed iwettaq tliet kompiti ewlenin: jieħu azzjoni immedjata,
jipprovdi infurzar legali u jgħin fit-trażżin ta’ abbuż u użu ħażin tal-Blue Badge.