Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

UNCRPD & Research Unit

Il-Unit tar-Riċerka u l-UNCRPD għandu żewġ responsabbiltajiet ewlenin, dak li jwettaq riċerka relatata mas-settur tad-diżabilità kif ukoll il-monitoraġġ tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità f’Malta.

 

Riċerka

Ir-riċerka hija essenzjali biex tibqa’ aġġornat dwar il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità u tgħin biex jiġu identifikati l-lakuni fir-riċerka li jeħtieġu analiżi ulterjuri. Tipprovdi wkoll perspettiva kritika dwar il-policies u l-prattiċi attwali fil-qasam tad-diżabilità. Dan jiżgura li s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ikunu bbażati fuq materjal li jikkontribwixxi għal diskors infurmat tajjeb. Barra minn hekk, il-Unit tar-Riċerka wettaq numru ta’ proġetti ta’ riċerka u jikkollabora wkoll ma’ entitajiet oħra li huma kkummissjonati biex iwettqu riċerka speċifika skont il-bżonn.

 

UNCRPD

Malta ffirmat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Protokoll Fakultattiv f’Marzu 2007, li ġew ratifikati f’Ottubru 2012 u daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2012. F’dan ir-rigward, Malta bħala stat membru hija obbligata timplimenta u tissorvelja l-imsemmija konvenzjoni kif xieraq. Il-Kummissjoni għad-Dritt ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ġiet maħtura l-Mekkaniżmu Indipendenti tal-UNCRPD biex tipproteġi, tippromwovi u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

 

Xogħol Kurrenti

Fl-ewwel kwart tas-sena 2021 it-tim tar-riċerka ħadem fuq studju li analizza l-impatt tal-pandemija COVID-19 fuq l-edukazzjoni formali vis-à-vis l-edukazzjoni inklussiva. L-għan kien li tenfasizza s-saħħiet, in-nuqqasijiet u fl-aħħar it-triq ‘il quddiem b’edukazzjoni inklużiva matul il-pandemija u lil hinn. Barra minn hekk, saru laqgħat mal-partijiet interessati responsabbli biex jiddiskutu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jiġu indirizzati kif xieraq.

Barra minn hekk, matul it-tieni kwart tas-sena t-tim tar-riċerka ħadem biex ifittex aktar informazzjoni rigward Pre Genetic Diagnosis (PGD) u kif dan jaffettwa l-qasam tad-diżabilità. Saru numru ta’ laqgħat ma’ professjonisti differenti biex jinkiseb fehim aħjar tar-realtajiet differenti madwar il-Pre Genetic Diagnosis (PGD).

Barra minn hekk, matul l-aħħar kwart tas-sena l-għan huwa li ssir riċerka dwar ir-realtajiet differenti ta’ persuni li kienu jgħixu f’istituzzjonijiet u ġew integrati fil-komunità (de-istitutionalisation) fi sforz biex tenfasizza dak li jfixkel u jtejjeb il-ħajja indipendenti. Dan l-istudju għandu jieħu approċċ kwalitattiv biex jinkludi l-esperjenzi differenti ta’ persuni b’diżabilità u l-għajxien fil-komunità.

Barra minn hekk, bħala parti mir-responsabbiltà tal-Unit biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-UNCRPD, it-tim jattendi kontinwament laqgħat kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali ma’ partijiet interessati, entitajiet u organizzazzjonijiet differenti skont il-bżonn. Barra minn hekk, it-tim janalizza u jipprovdi feedback dwar numru ta’ strateġiji, policies, skemi, proġetti, u inizjattivi li għandhom impatt fuq il-qasam tad-diżabilità.

 

Short Survey on Article 24 of the UNCRPD – Education (2020)