Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

L-UFFIĊĊJU T’GĦAWDEX

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) għandha wkoll fergħa f’Għawdex, li tinsab fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex, Skola Primarja Ta’ Sannat.

L-uffiċċju jservi ta’ helpdesk biex jiġu ffaċilitati s-servizzi tas-CRPD għall-persuni b’diżabilità, il-familji tagħhom u persuni li jagħtu l-kura li jgħixu f’Għawdex. Il-Helpdesk tas-CRPD f’Għawdex jipprovdi:

Tagħrif dwar:

  • Servizzi f’Malta li persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom jistgħu jibbenefikaw minnhom;
  • Drittijiet relatati mad-diżabilità; Leġiżlazzjoni Maltija u tal-UE dwar diżabilità bħall-Att dwar Opportunitajiet Indaqs u direttivi oħra.

Is-servizzi jinkludu:

  • Applikazzjonijiet għal EU Disability cards u blue badges ġodda u mġedda;
  • Jirċievi u jinvestiga lmenti dwar diskriminazzjoni, ksur tal-EOA u ta’ drittijiet, u spezzjonijiet fuq il-post.

Programmi Edukattivi u Disability Equality Training:

  • #NikbruFlimkien – programm ta’ edukazzjoni mogħti lill-istudenti kollha ta’ grad 6 li jattendu skejjel tal-istatu tal-knisja. Il-programm jikkonsisti f’erba’ sessjonijiet, jiġifieri: sessjoni ta’ introduzzjoni bl-isem Naċċettaw id-Diversità; L-Aqwa li Niftehmu hija sessjoni fuq in-nuqqas ta’ smigħ; Veru jew Falz ma’ Gavinu hija sessjoni dwar in-nuqqas ta’ vista; u Il-Mantell Maġiku hija sessjoni dwar diżabilitajiet intellettwali u moħbija. L-istudenti kollha jingħataw ċertifikat ta’ attendenza fi tmiem il-programm.
  • I Can – programm edukattiv ta’ nofstanhar għal studenti ta’ Grad 7. Waqt din is-sessjoni l-istudenti jingħataw esperjenza diretta, hekk kif dawn jiltaqgħu ma’ persuni b’diżabilità differenti.
  • Disability Equality Training (DET) – Sessjonijiet ta’ DET jiġu pprovduti wkoll lil diversi organizzazzjonijiet u entitajiet kif mitlub.

Konferenzi u sessjonijiet ta’ Tagħrif:

  • Tiġi organizzata konferenza annwali f’Għawdex, li tiffoka u timmira lejn kwistjonijiet ta’ diżabilità esperjenzati f’Għawdex;
  • Kull sena numru ta’ sessjonijiet ta’ tagħrif jiġu organizzati minn żmien għal żmien, li jittrattaw diversi suġġetti ta’ interess fuq id-diżabilità.

Group of Children in a school

Group of children in a school during a lesson

Photo of a conference held in Gozo by CRPD Gozo office