Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

L-2019 rat it-twaqqif uffiċjali tal-Malta Business Disability Forum, forum ġdid li għandu l-għan li jibni rabtiet aktar mill-qrib bejn id-diżabilità u s-setturi tan-negozju, u joħloq pjattaforma għal diskussjoni u jtejjeb iddjalogu bejn persuni b’diżabilità u organizzazzjonijiet tan-negozju.

Il-Malta Business Disability Forum, ippresedut millKummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), twaqqaf uffiċjalment permezz tal-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn id-disa’ membri tiegħu f’Diċembru 2019.

Minbarra s-CRPD, dawn huma l-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry; il-Malta Employers’ Association u l-GRTU – Malta Chamber of SMEs bħala membri fundaturi. Dawn ingħaqdu magħhom l-MFOPD – Malta Federation Organisations of Persons with Disability; il-Fakultà tal-Benesseri Soċjali; l-Uffiċċju tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali; ilGozo Business Chamber u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Bażat fuq struttura simili fir-Renju Unit, din l-entità se tiffoka wkoll fuq ittnaqqis tad-distakk bejn min iħaddem u l-persuni b’diżabilità.

Flimkien, l-entitajiet li jiffurmaw parti millForum qed jaħdmu biex jimmassimizzaw l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità flisferi tan-negozju u l-impjiegi.

Huma se jaħdmu wkoll biex inaqqsu d-distakk bejn in-nies tan-negozju u l-persuni b’diżabilità u jippromwovu l-aċċessibilità fl-għoti tas-servizzi filwaqt li jtejbu l-aspirazzjonijiet tal-karriera u talimpjieg tal-persuni b’diżabilità.

Il-Forum se jaħdem ukoll biex jidentifika kwistjonijiet li jeħtieġu azzjoni u attenzjoni u biex jinfluwenza lill-gvern u lil dawk li jfasslu l-policies biex jitneħħew l-ostakli u jinbidlu l-leġiżlazzjoni u l-prattiċi burokratiċi.

Se jaġixxi wkoll bħala punt ta’ referenza għall-gvern u għal dawk li jfasslu l-policies biex jipprovdi rispons għall-policies ġodda. Il-Forum se jaħdem biex jikkummissjona riċerka fil-qasam tad-diżabilità u n-negozju, jesplora l-interkonnessjonijiet u jipprovdi evidenza għall-azzjoni; juri l-potenzjal tan-negozju u l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità, bħala konsumaturi u sidien ta’ negozji u jiġġenera kuxjenza pubblika dwar dawn il-kwistjonijiet.

Photo including members of the Malta Business Disability Forum