Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

L-Istorja Tagħna

Il-Kummissjoni Persuni Ħandikappati ġiet imwaqqfa fl-1987. Fl-1993 isimha nbidel għal Kummmissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD). Fl-2000 daħal fis-seħħ l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs (EOA) u fl-2012 Malta rratifikat l-UNCRPD. Fl-2016, ġiet emendata l-leġiżlazzjoni u l-isem inbidel għal Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). Bidliet oħra jinkludu ż-żieda ta’ Abbozz ta’ Drittijiet mal-EOA; iż-żieda ta’ artiklu dwar is-Saħħa u l-Benesseri u l-ħolqien tar-rwol tal-Kummissarju.