Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Il-Missjoni Tagħna

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hija impenjata li tagħmel lis-soċjetà Maltija waħda inklużiva, b’mod li l-persuni b’diżabilità jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fl-aspetti kollha tal-ħajja, billi jgawdu kwalità għolja ta’ ħajja bis-saħħa ta’ opportunitajiet indaqs.

Fit-twettiq ta’ din il-missjoni, is-CRPD taħdem sabiex telimina kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni soċjali diretta jew indiretta kontra l-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom filwaqt li tipprovdilhom l-assistenza u s-sapport meħtieġ.