Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Id-Diretturi

Photo of Ms. Rhoda Garland

 

Rhoda Garland

Direttur Eżekuttiv

Rhoda Garland hija Direttur Eżekuttiv fil-Kummissjoni. Twieldet fir-Renju Unit u studjat għal degree fl-Accounting and Finance, u wara kkwalifikat bħala ACMA accountant. Hija ħadmet fi Blue Chip companies bħala Management Accountant u fi tmexxija ta’ proġetti  qabel ma ġiet Malta fl-2006. F’Malta bdiet taħdem bħala konsulent tal-IT qabel ma għamlet Master’s Degree fid-Disability Studies fl-Università ta’ Malta.

Mat-tlestija tal-Master’s degree fl-2015, Rhoda marret taħdem fis-settur tad-diżabilità fejn ħadmet għall-MFCS fir-riċerka u l-kitba tal-ewwel Rapport tal-Istat Malti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti qabel ma ngħaqdet mas-CRPD fejn ħadmet fuq Proġetti tal-UE u iżjed tard inħatret Direttur Eżekuttiv fl-2016.

Rhoda hija impenjata li tippromwovi l-attiviżmu u għandha interess speċjali fl-edukazzjoni u l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità. Fil-ħin liberu tagħha tieħu pjaċir bl-għadis u l-ibburdjar.

Photo of Dr. Bernard Busuttil

 

Dr Bernard A. Busuttil

Direttur tal-Investigations, Compliance and Enforcement

Dr Bernard A. Busuttil huwa d-Direttur tal-Investigations, Compliance and Enforcement fil-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, li hija l-Mekkaniżmu Indipendenti responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Diżabilità f’konformità mal-UNCRPD u taġixxi wkoll bħala r-regolatur għas-settur Malti tad-diżabilità, u tħares id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità f’Malta. Qabel din il-pożizzjoni huwa kellu diversi rwoli oħra fi ħdan l-istess kummissjoni.

Studja fl-Università ta’ Malta fejn kiseb MA fil-Public Policy u Dottorat fil-Liġi, u kiseb il-warrant ta’ avukat  fl-2018.