Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Diżabilità u Impjieg

Diżabilità u Impjieg

Il-Webinar dwar Diżabilità u Impjieg sar fis-26 ta’ Frar 2021 u nieda r-riżultati tar-riċerka,  Riċerka fuq is-sitwazzjoni kurrenti ta’ persuni b’diżabilità u l-impjieg tagħhom f’Malta u l-Employers’ Guidelines.

Din ir-riċerka tifforma parti mill-Proġett ESF 2.63 – Għarfien, Taħriġ, Komunikazzjonijiet u Miżuri ta’ Sapport b’sapport għal Gruppi Vulnerabbli. Il-benefiċjarju ta’ dan il-proġett huwa l-Ministeru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali (MFCS), u s-CRPD hija organizzazzjoni msieħba f’dan il-proġett. Din ir-riċerka ġiet kummissjonata permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika lil Ernst and Young (Malta), b’Dr Anne-Marie Callus bħala l-espert ewlieni dwar id-diżabilità.

Dan l-avveniment ixxandar ukoll live fuq il-Facebook Page tas-CRPD mill-Kampus tal-Università tal Belt Valletta.