Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-websajt uffiċjali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u ġiet aġġornata l-aħħar fl-1 ta’ Frar 2021.

Status ta’ konformità

Is-CRPD hija impenjata li tagħmel is-servizzi onlajn tagħha aċċessibbli għal kulħadd. Dawk li jużaw is-servizzi huma kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment u aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibilità tas-servizzi tagħna b’enfasi fuq ir-rekwiżiti li jmorru kontra d-diskriminazzjoni tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) tal-2000 (EOA).

Il-websajt tas-CRPD hija fil-biċċa l-kbira konformi mal-linji gwida WCAG2.0.

Proċess ta’ Konformità

Il-websajt tas-CRPD hija mfassla biex taħdem bl-aħħar verżjonijiet tal-mainstream browsers kollha.

Bħala parti minn dan l-isforz, is-CRPD timxi mal-linji gwida WCAG2.0. Ir-riżorsi u l-prodotti online tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll b’mod programmatiku għall-konformità mal-linji gwida tal-Livell AA WCAG 2.0. Il-websajt tas-CRPD b’mod partikolari hija mfassla biex taħdem tajjeb u tkun aċċessibbli meta tkun aċċessata bi prodotti ta’ hardware u software aġġornati kif xieraq.

Filwaqt li tirrikonoxxi li l-osservanza tal-istandards u l-linji gwida, ma jistax waħdu jiżgura li prodott huwa aċċessibbli, is-CRPD tieħu nota wkoll u tagħmel emendi f’konformità mar-rispons li tirċievi mingħand persuni b’diżabilità.

Miżuri ta’ Aċċessibilità

Il-websajt tas-CRPD tagħmel użu minn widgets li jkabbru l-font u jimmodifikaw il-kuntrast.

Bħala parti u flimkien mal-linji gwida msemmija hawn fuq, il-websajt tas-CRPD timplimenta l-karatteristiċi ta’ aċċessibilità li ġejjin:

  1. Iżżomm ġerarkija konsistenti ta’ HTML Heading u tqassim ta’ informazzjoni fuq paġni tal-web differenti.
  2. Il-kontenut tal-informazzjoni huwa organizzat f’listi HTML kull fejn applikabbli.
  3. Hemm rabta li tiffoka fuq l-iskript sabiex tipprovdi indikazzjonijiet viżwali u esklussivi għal min juża l-websajt.
  4. Iżżid titlu mal-immaġni, alt tag u caption kull fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
  5. Timmassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli.
  6. It-test tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lil min juża l-websajt fejn qed jindika l-link.
  7. Timplimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f’tabs tal-browser ġodda.

Kontenut Mhux Aċċessibbli

Is-CRPD mhix konxja ta’ kontenut speċifiku li mhux aċċessibbli jew kwistjonijiet ta’ aċċessibilità fuq il-websajt tagħha. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt provduti hawn taħt. Jekk jiġri dan, l-għan tas-CRPD huwa li jinħoloq Accessibility Remediation Roadmap (ARR). L-ARR jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex jgħinu jidentifikaw kwistjoni ta’ aċċessibilità u jġibu l-prodott f’konformità mal-EOA, inkluż l-iskeda antiċipata għat-tlestija ta’ dan il-għan. Biex tibda proċess ta’ Accessibility Remediation, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-CRPD fuq in-numru tat-telefon jew l-indirizz elettroniku muri hawn taħt.

Rispons u Dettalji ta’ Kuntatt

Inevitabbilment, mhux dejjem nagħmluha tajba, imma nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċess fil-pront. U huwa hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk tesperjenza xi diffikultajiet fl-aċċess għall-websajt tagħna, jew ikollok problemi biex tuża kwalunkwe aspett tal-websajt, nixtiequ li tgħarrafna.

Tista’ tikkuntattja lis-CRPD hawn:

• Ibgħatilna email fuq helpdesk@crpd.org.mt
• Ċempel l-uffiċċju tas-CRPD fuq +356 2226 7600
Formola ta’ rispons onlajn

Proċedura ta’ Infurzar

L-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tal-websajts u l-applikazzjonijiet tal-mowbajl ta’ korpi tas-settur pubbliku. Fil-każ li l-mistoqsija tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ARR jew tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA fuq 21336840 jew billi timla l-formola tal-ilment onlajn fuq https://mca.org.mt/consumer/forms/complaints.