Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Bl-imħabba kollha tiegħi, Carmen Bickle

Published 17 ta' Settembru 2021

Carmen

Fil-Jum Dinji tal-Alzheimer, Carmen Bickle titkellem dwar il-qsim tal-qalb li tieħu ħsieb persuna maħbuba bid-dimensja

Id-Dimensja, waħda mill-agħar mard li tista’ tiġri lil xi ħadd li tħobb. Fil-każ tiegħi hija oħti, li għandha biss 60 sena, u li kienet dijanjostikata ħames snin ilu bil-Frontotemporal Dementia. Tfixkel ħajtek kompletament u timlik bid-dwejjaq. Filli għandek oħt enerġetika b’saħħitha li tieħu ħsieb familja ta’ ħames itfal u f’daqqa waħda għandek waħda kompletament differenti. Hija taqbida ta’ kuljum biex tlaħħaq mal-bżonnijiet tagħha. Żewġha telaq mix-xogħol u sar il-carer prinċipali tagħha. Il-familja kollha tipprova ġġorr biċċa mit-tagħbija tiegħu. Hija tilfet kull sens ta’ konċentrazzjoni u koordinazzjoni. L-iktar ħaġa iebsa f’dan kollu hija li tkun taf li qatt mhu se taraha kif kienet, jew li ġġib lura lill-għażiża oħtok. Allura kulma nista’ nagħmel hu li nipprova naċċetta u nagħmel dak kollu li nista’, sakemm nista’, bl-imħabba kollha tiegħi.