Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Fit-tfittxija għall-inklużjoni tal-komunità: żgħażagħ b’diżabilità u relazzjonijiet

Serje ta’ Webinars organizzati mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità, Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, Università ta’ Malta

Opening Doors Malta

Webinar 3: Parenting with Disability

22 ta’ Ġunju 2021

16.00 sa 18.00 CET

Persuni b’diżabilità huma kkunsidrati li jeżistu barra l-konfini tar-riproduzzjoni u waħda mill-akbar sfidi tagħhom hija li jegħlbu l-fatt li s-soċjetà ma tirrikonoxxihomx bħala ġenituri potenzjali u li jista’ jkollhom familja funzjonali.

Ġenituri b’diżabilità ħafna drabi jitqiesu li joffru tip ta’ parenting ‘mhux tajjeb biżżejjed ’, li ma jilħqux il-parametri ideali ta’ parenting. Professjonisti tal-kura u tas-saħħa, kif ukoll is-sistema tal- qorti tal-familja huma magħrufa li joperaw minn mudell ta’ defiċit ta’ aspett ta’ diżabilità. B’riżultat ta’ dan, jiġu rrapurtati ta’ spiss każijiet fejn it-tfal jittieħdu mill-ġenituri b’diżabilità minħabba li huma jitqiesu mhux tajbin, xi drabi bi proċeduri legali li jibdew qabel it-twelid.

Madankollu, l-esperjenzi ta’ ġenituri b’diżabilità ma ġewx eżaminati u mhumiex servuti sew mill- boarder policies u għajnuniet relatati mal-familji u l-ġenituri. Meta nisimgħu l-ilħna tal-ġenituri b’diżabilità jiġu esposti lakuni fil-policies u prattiki li jinjorawhom u jimpattaw l-esperjenzi ta’ parenting tagħhom u joffru perspettiva importanti għall-interpretazzjonijiet tradizzjonali ta’ parenting b’diżabilità.

Dan il-webinar għandu l-għan li jitfa’ dawl fuq l-esperjenzi ta’ ġenituri b’diżabilità, minn għadd ta’ gruppi u kuntesti ta’ diżabilità, sabiex nifhmu l-isfidi soċjali u l-appoġġ meħtieġ tal-ġenituri b’diżabilità.

Irreġistra bil-quddiem għal dan il-webinar:

Registration Link – Parenting with Disability Webinar – 22nd June

Dan huwa l-aħħar webinar fis-serje ta’ webinars organizzati mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità, Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, Università ta’ Malta u Opening Doors Malta.

Webinar 2: Imħabba, Konnessjonijiet u Relazzjonijiet

23 ta’ Marzu

16.00 sa 18.00 CET

 

Wara webinar ta’ suċċess dwar il-ħbiberiji ta’ żgħażagħ b’diżabilità, li sar fit-3 ta’ Diċembru, il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, l-enfasi tal-webinar tat-23 ta’ Marzu kienet fuq relazzjonijiet intimi ta’ persuni b’diżabilità.

Is-sesswalità hija parti integrali mill-esperjenza tal-bniedem u r-relazzjonijiet intimi huma magħrufa li jikkontribwixxu għall-benesseri u l-kwalità tal-ħajja tal-individwu. Madankollu, persuni b’diżabilità ħafna drabi jidhru asesswali u l-bżonnijiet sesswali tagħhom huma affettwati b’mod konsiderevoli minn dawk ta’ madwarhom, b’mod li spiss inaqqas il-possibiltajiet tagħhom biex jesploraw u jesprimu s-sesswalità tagħhom. L-idea li persuni b’diżabilità jidħlu f’relazzjonijiet intimi, speċjalment relazzjonijiet tal-istess sess, għadha tiltaqa’ ma’ tħassib u oġġezzjoni minn persuni mhux b’diżabilità.

Aktar dettalji dwar l-aħħar webinar f’din is-serje, ippjanat għal Ġunju, se jkunu disponibbli aktar tard.

Webinar 1: The Friendships of Young People with Disabilities

3 ta’ Diċembru 2020, Jum Internazzjonali ta’ Persuni b’Diżabilità

16.00 sa 18.00-il siegħa CET

Dan is-serje ta’ webinars jikkunsidra l-importanza għaż-żgħażagħ b’diżabilità biex irawmu tipi differenti ta’ relazzjonijiet bħala mod kif tinkiseb l-inklużjoni fil-komunità. L-enfasi hija fuq iż-żgħażagħ peress li din hija l-fażi fil-ħajja meta jiġu stabbiliti konnessjonijiet dejjiema ma’ persuni barra l-familja – billi trawwem ħbiberiji u relazzjonijiet oħra – hija partikolarment importanti.

It-twaqqif ta’ ħbiberiji huwa mod importanti – iżda spiss injorat – biex jiġi żgurat li persuni b’diżabilità jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom fuq bażi ugwali ma’ oħrajn. Fl-ewwel f’erba’ webinars, niddiskutu l-ħbiberiji ta’ żgħażagħ b’diżabilità, x’opportunitajiet għandhom biex jagħmlu ħbieb u jrawmu relazzjonijiet ma’ ħbiebhom, u liema fatturi jaġixxu bħala ostakli għall-ħbiberija.

Aktar dettalji dwar il-webinars li jmiss se joħorġu aktar ‘il quddiem.