Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Intersecting Identities

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) b’kollaborazzjoni mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà – Università ta’ Malta organizzat webinar li jindirizza l-kwistjoni tad-diżabilità fost gruppi ta’ minoranza oħra bħal sess, sesswalità, etniċità u reliġjon.

L-idea kienet li jinġiebu għad-dawl stejjer ta’ persuni b’diżabilità li jappartjenu wkoll għal gruppi oħra ta’ minoranza, fi sforz biex joħorġu b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ policy mmirati biex jiżguraw l-inklużjoni tagħhom.

Il-webinar sar onlajn fl-20 ta’ Ottubru fl-10am.