Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Freedom To Choose

Freedom to Choose: A Conversation on the Rights of Persons with Disability kien it-titlu tal-konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD).

Il-konferenza saret fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità, bejn id-9am u s-1pm fil-Corinthia St George’s Bay, San Ġiljan.

Il-konferenza ffokat fuq l-inklużjoni fil-komunità mill-istituzzjonijiet u ppreżentat numru ta’ esperjenzi tal-ħajja, opinjonijiet u diskussjonijiet dwar is-suġġett. Il-konferenza involviet ukoll sessjoni ta’ Q & A mal-Kummissarju tas-CPRD Oliver Scicluna, bil-għan li jinħoloq djalogu soċjali pubbliku dwar id-diżabilità.