Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Fi Kliemna

Video clip ġdid miktub u rreċtat minn persuni b’diżabilità li għandu l-għan li jikkontesta l-perċezzjonijiet billi jagħti leħen dirett lill-ħsibijiet u s-sentimenti tagħhom. L-iskritt ġie żviluppat mill-atturi nfushom, li ħafna minnhom għandhom diżabilità li tidher u oħrajn li ma tidhirx.

Fi Kliemna għandu l-għan li jġib l-ilħna ta’ persuni b’diżabilità fil-post fejn normalment tibda l-inklużjoni: fl-ambjent tal-edukazzjoni. Ikkummissjonat mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), il-video intwera ġewwa l-iskejjel sekondarji ta’ Malta u Għawdex, bl-atturi mbagħad imexxu sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-istudenti dwar il-qasam tad-diżabilità u drittijiet.

Permezz tal-video, numru ta’ persuni b’diżabilità ħolqu skeċċ b’xejra komika li jirrifletti realtajiet bħal kummenti insensittivi u mistoqsijiet li jiltaqgħu magħhom kuljum.