Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Differenti is Normal

Kampanja fotografika ġdida li għandha l-għan li żżid il-viżibbiltà tal-persuni b’diżabilità billi turihom qed jagħmlu dak li l-aktar igawdu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Ikkummissjonata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), il-Kampanja Different is Normal, hija sett ta’ 12-il ritratt individwali ta’ persuni b’diversi nuqqasijiet involuti f’attivitajiet bħaż-żfin, it-teatru, l-għawm, il-ġinnastika, l-isprint u l-bowling.

Ritratti oħra jinkludu nies qed jaħdmu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom: żagħżugħ qed jistudja biex isir kok; oħrajn juru mumenti ta’ kuljum bħal omm tilgħab ma’ bintha jew mara timxi ma’ żewġha.  Ir-ritratti, meħuda mill-fotografu rebbieħ Darrin Zammit Lupi, imorru lil hinn milli juru persuni b’diżabilità bħala ‘vittmi’ jew ‘eroj ta’ ispirazzjoni’: huma għandhom l-għan li juru persuni li inzerta li għandhom diżabilità.