Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Skip Navigation

Alastair Farrugia – Il-Ħajja bil-Multiple Sclerosis

Published 26 ta' Mejju 2021

Photo of Mr. Alastair Farrugia, standing in a parking area and looking at camera

Żviluppajt l-ewwel sintomu tiegħi tal-MS (urġenza urinarja) fl-2004; imbagħad, fl-2005 kelli ebusija fil-muskoli. Fortunatament, it-tabib tiegħi malajr irreferieni għand newrologu, li ordna MRI, iddijanjostika MS, u bdieni fuq beta-interferon. Tletin sena biss qabel, dijanjosi u trattament mgħaġġel bħal dawn ma kinux ikunu disponibbli imkien fid-dinja, u f’ħafna pajjiżi llum hija disponibbli biss għal nies sinjuri.

Sal-2010, kont qed nuża siġġu tar-roti jew rollator, u mort lura biex ngħix mal-ġenituri tiegħi. Il-pilloli rilassanti tal-muskoli li kont qed nieħu ftit li xejn kellhom effett tajjeb iżda, fl-2013, ingħatajt pompa tal baclofen (li tibgħat doża ferm iżgħar lis-sinsla). Dan għamel differenza kbira u, flimkien mal-fiżjoterapija, l-eżerċizzju u dieta aħjar, il-mobbiltà tiegħi tjiebet ħafna, għalkemm għadni nimxi b’diffikultà.

Fortunatament, ix-xogħol tiegħi ma kienx jeħtieġ mobilità, u l-kumpanija li ħdimt magħha (Crimsonwing, issa KPMG MBS) kienet ta’ għajnuna kbira.

L-inċertezza ta’ liema sintomi jistgħu jidhru fil-futur, jagħmluha diffiċli biex isiru pjanijiet fit-tul, imma kelli x-xorti li l-MS ma kellhiex effett saħansitra agħar. Jien grat għax-xjenza medika, u s-sistema tal-kura tas-saħħa finanzjata mit-taxxi tagħna, li ppermettewli jkolli ħajja ferm aħjar milli kienet possibbli fi żminijiet u postijiet oħra.